Raġel ta’ 56 sena residenti l-Belt Valletta ammetta quddiem il-Maġistrat Josette Demicoli li seraq fliexken tax-xorb alkoħoliku mis-Suq tal-Belt u li f’żewġ okkażjonijiet oħra pprova jisraq oġġetti simili mill-istess post. Huwa baqa’ miżmum taħt arrest sakemm tingħata s-sentenza.
Francis Grech ġie mixli wkoll mill-Ispetturi Daryl Borg u Kevin Pulis li kkommetta reat waqt li kien taħt ordni ta’ probation u li sar reċidiv. L-avukat difensur, Josette Sultana qalet li l-akkużat għandu bżonn l-għajnuna u talbet għall-ħelsien mill-arrest.
Il-Qorti ċaħdet it-talba tagħha wara li l-prosekuzzjoni oġġezzjonat bil-qawwa kollha minħabba li skont hi Grech mhux affidabbli. Il-Qort laqgħet it-talba tal-prosekuzzjoni biex l-imputat jinżamm taħt arrest u laqgħet it-talba taż-żewġ partijiet biex is-sentenza ma tingħatax b’mod immedjat. Dan, biex ikun stabbilit jekk Grech kkommettiex reat waqt li kien taħt ordni ta’ probation kif ukoll biex tixhed l-uffiċjal tal-probation li bħalissa qed issegwi lill-ħati.
//= $special ?>