Fis-sigħat bikrin ta’ llum, għall-ħabta tas-12.45am, żewġt irġiel lebsin maskra u wieħed armat b’sikkina, daħlu fil-ħanut u talbu l-flus lill-kaxxier ta’ ħanut fi Triq Efesu, San Pawl il-Baħar.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari rriżulta li s-serqa seħħet fuq il-kaxxier, Ingliż ta’ 55 sena. L-irġiel ħarbu minn fuq il-post wara li serqu ammont ta’ flus kontanti.
Ħadd ma weġġa’, bil-Pulizija għaddejja bit-tfittxija għall-ħallelin. L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.
//= $special ?>