F’xahar, ir-rata ta’ inflazzjoni żdiedet b’1.29 punti perċentwali, bl-ikbar żjieda ġiet innutata fi spejjeż relatati mad-dar.
Dan ħareġ minn Retail Price Index (RPI) fejn immarka li f’Jannar l-inflazzjoni kienet 3.88%, meta f’Diċembru ir-rata kienet ta’ 2.59%. Din iż-żieda drastika qed twassal biex taffetwa tant il-ħajja tal-konsumatur li jrid jew ma jridx ikollu jixtri ċertu prodotti biex ikun jista’ jibqa’ għaddej, fosthom ix-xiri ta’ affarijiet bażiċi bħall-ikel u prodotti tal-indafa.
Madanakollu, fid-dawl ta’ dan, il-Gvern Laburista qed jibqa’ jinjora l-karba tal-poplu Malti li jum wara l-ieħor qed jipprovaw ilaħqu mal-għoli tal-ħajja.
Fil-fatt, minkejja din iż-żieda fil-prodotti tax-xiri li qed naraw jum wara l-ieħor, Robert Abela ħass li ż-żieda li l-ħaddiem Malti jixraqlu hi dik ta’ €1.75 fil-ġimgħa.
//= $special ?>