Fi stqarrija il-Malta Football Referees Association ikkundannat l-attakki li saru fuq żewġ uffiċjali membri tagħha f’żewħ partiti separati. L-istqarrija tgħid li wara l-partita ta’ Marsa kontra Pieta’, uffiċjal internazzjonali Malti kien attakkat minn player ta’ Marsa FC, b’konsegwenza li dan l-uffiċjal kellu jirrikorri għal għajnuna medika. F’inċident ieħor, ġurnata qabel f’partita tat-tim ta’ Marsa ta’ taħt id-19-il sena, żewġ players ukoll attakkaw uffiċjal ieħor, b’wieħed mill-plejers jimbotta lir-referee, fost tgħajjir u kliem dispreġjattiv fil-konfront tal-istess referee.
L-MFRA innutat li l-club għadu ma kkundanax dawn l-attakki fil-konfront taż-żewġ referees filwaqt li rrimarkat li l-MFA għandha tieħu d-deċiżjonijiet dixxplinarji neċċesarji. L-istqarrija temmet tgħid li l-vjolenza ma għandha l-ebda post fl-isport, inkluż fil-futbol.
//= $special ?>