Waqt li ċ-ċittadini u l-armata Ukrena qiegħdin jkomplu jiġġieldu kontra l-ħakma ta’ pajjiżhom mid-despota Vladimir Putin, il-President tal-Ukrajna Volodymyr Zelenskyy, it-Tnejn waranofsinhar iffirma l-applikazzjoni biex l-Ukrajna tissieħeb fl-Unjoni Ewropea.
Aktar kmieni llum, il-President tal-Ukrajna Volodymyr Zelenskyy stqarr li, preżentament l-għan tal-Ukrajna hu li tissieħeb fl-Unjoni Ewropea b’mod immedjat, bil-president jkompli biex jgħid li l-Ukrajna ħaqqa li tissieħeb daqs ħaddieħor li tissieħeb fl-Unjoni Ewropea.
Din id-dikjarazzjoni mill-President tal-Ukrajna qasmet lill-diversi ministri u delegati fi ħdan l-Unjoni Ewropea li għalkemm jinsabu bi ħġarhom li l-Ukrajna se tissieħeb fl-Unjoni Ewropea, mhumiex konvinti li dan il-proċess jista jseħħ b’mod immedjat bħalma jrid Zelenskyy.
Diversi delegati u Ministri bħal Ministru għall-affarijiet barranin tal-Germanja Annalena Baerbock, stqarret li għalkemm il-Germanja bi ħġara tilqa l-applikazzjoni tal-Ukreni biex jissieħbu fl-Unjoni Ewropea, Baerbock kompliet biex tgħid li l-proċess għall-applikazzjoni fl-Unjoni Ewropea tista ddum snin u li l-Unjoni Ewropea ma għandiex il-mekkaniżmi neċessarji biex tinkorpora pajjiż ġdid fil-bloc Ewropew f’temp ta’ ġranet, jiem jew xhur.
Madankollu, fuq Twitter il-Membru Parlamentari Ewropew David Casa stqarr li lura fl-2014 hu wera s-support tiegħu biex l-Ukrajna tissieħeb fl-Unjoni Ewropea u mill-ġdid se jerġa juri s-support għal applikazzjoni tal-Ukrajna fl-Unjoni Ewropea.
//= $special ?>