Lokali

Min hu maqtugħ mir-realtá ma jistax isib is-soluzzjoni

Huwa diġa’ inkwetanti ħafna li minħabba l-politika tal-gvern eluf ta’ Maltin u Għawdxin, b’mod partikolari anzjani, qed jiffaċċjaw kriżijiet kbar fl-għoli esaġerat tal-kirjiet f’daqqa.

Iżda meta Prim Ministru ma’ jkunx jaf kif jaħdmu l-iskemi tal-awtoritajiet tiegħu stess huwa sinjal ħafna aktar inkwetanti. Bl-istqarrija insensittiva tiegħu Robert Abela injora lil dawk l-eluf ta’ persuni li bil-parametri tal-iskema tal-gvern lanqas biss jikkwalifikaw għall-ebda sussidju.

Il-proposta tal-PN tara li dawk il-persuni li ma’ jikkwalifikawx għas-sussidju u għandu massimu ta’ dħul sa’ €40,000, ikunu jistgħu jibbenefikaw minn sussidju huma wkoll u mhux jitħallew lampa stampa kif qegħdin illum.

Min ikun maqtugħ mir-realtá li jgħixu fiha n-nies ma’ jistax isib is-soluzzjonijiet għall-problemi li ħolqilhom huwa stess.

Tags