Minn għada, l-infermiera li jaħdmu fl-Isptar Karen Grech ġew ordnati biex jirrifjutaw pazjenti ġodda li jidħlu f’dan l-istess Sptar bħala direttiva maħruġa mill-MUMN fid-dawl li qed jesperjenzaw nuqqas kbir ta’ infermiera.
Fl-aħħar xhur, numru ta’ infermiera barranin telqu minn dan l-Isptar b’riżultat li spiċċaw b’45 infermiera biss. Fil-fatt, numru ta’ wards fihom biss ħames infermiera. Dan l-Isptar jilqa’ pazjenti li jkollhom bżonn kura intensiva, b’riżultat li l-infermiera qed jispiċċaw għajjenin wisq ma’ kull ġurnata xogħol li jkollhom.
Hu għalhekk li l-MUMN qed jitolbu lid-Diviżjoni tas-Saħħa biex idaħħlu iktar infermiera f’dan l-Isptar.