Futbol Sport

Rebħa komda għal Atalanta fuq Sampdoria

(Ritratt: EPA)

Bit-tlettax ir-rebħa tal-istaġun Atalanta telgħu fil-ħames post fil-klassifika b’47 punt tlieta taħt Juventus iżda b’partita anqas. Wara biss sitt minuti Atalanta fetħu l-iskor. Minn azzjoni ta’ Remo Freuler kien MARIO PASALIC li għeleb lil Wladimiro Falcone. B’Atalanta jiddettaw il-partita meritatament fit-30 minuta rduppjaw permezz ta’ TEUN KOOPMEINERS li minn azzjoni ta’ Matteo Pessina għeleb mill-ġdid lil Falcone. Vantaġġ doppju li biħ intemmet l-ewwel taqsima. L-andament matul it-tieni taqsima baqa’ l-istess tant li fil-61 minuta minn azzjoni ta’ Aleksey Miranchuk kien mill-ġdid KOOPMEINERS li għamel l-iskor 3 – 0 . L-iskor kompla jikber fis-86 minuta bir-raba’ gowl skorjat minn MIRANCHUK – skor li biħ intemmet wkoll il-partita.

SERIE A

Illum: Atalanta v Sampdoria 4-0
COPPA ITALIA

Għada: Milan v Inter 9.00pm, L-Erbgħa: Fiorentina v Juventus 9.00pm