L-Arċikonfraternità tas-Santissmu Kurċifiss tal-Belt Valletta bħalissa għaddejja bi proġett kbir ta’ restawr tal-oratorju li huwa is-sede tagħha u jinsab fi Triq Sant Ursola. Dan hu xogħol l-arkitett Giovanni Barbara u ġie mibni fil-bidu tas-seklu tmintax.
Dan il-proġett qed isir f’mill-anqas erba’ fażijiet differenti. Parti mir-restawr hu r-restawr ta’ żewġt ikmamar, bl-iskop tagħhom hu sabiex ikunu post ferm aktar adegwat ħalli fihom jintrefgħu kemm il-vestwarju kollu tal-purċissjoni kif ukoll bradelli u apparat ieħor li hu marbut ma’ waħda mill-eqdem purċissjonijiet tal-Ġimgħa l-Kbira f’pajjiżna.
It-tieni kamra ser isservi ta’ post amministrattiv fejn is-sedja tkun tista’ taħdem b’aktar faċilita. Ladarba il-proġett kollu ikun komplut wieħed se jkun jista’ jara sett ta’ statwi tal-Ġimgħa l-Kbira kif ukoll sett pitturi ta’ Barokka ta’ Giuseppe D’Arena u Giovanni Nicola Buhagiar.