“Inti tiċħad li għamilt negozju ta’ speedboat ma’ l-aħwa Ta’ Maksar bejn l-2008 u l-2012? Qatt tħallast in kind għal serviżżi li tajt lil Robert u Adrian Agius?”
Wara li nkixef mit-Times of Malta li għamel negozju ma’ allegat kriminal – negozju li jidher li sar b’mod suspettuż ferm u li minnu daħħal €45,000 – issa il-Prim Ministru Robert Abela qed jiġi mistoqsi dwar allegat negozju jew sħab in kind mal-aħwa Ta’ Maksar.
Robert u Adrian Agius magħruf bħala l-aħwa Ta’ Maksar huma akkużati li pprovdew il-bomba li qatlet lil Daphne Caruana Galizia.
Issa Robert Abela qed ikun iffaċċjat b’mistoqsijiet dwar ħlas li possibilment irċieva f’forma ta’ speedboat mingħand l-aħwa akkużati li kellhom sehem fil-qtil tal-ġurnalista Maltija fl-2017.
Li Robert Abela jħobb il-boat kulħadd jafha… u ħafna jiftakru kif f’nofs il-pandemija, kien mar fuq it-TV iwissina biex ‘ma nħarbtulux is-sajf’. Issa jidher li dil-famuża boat tista’ tkompli tissemma’ fl-aħbarijiet għal raġunijiet differenti u ferm aktar serji.
//= $special ?>