Lokali Qorti

Sentenza sospiża wara li seraq mutur

Daniż ta’ 35 sena ġie kundannat sena u tliet xhur ħabs sospiżi għal sentejn mill-Maġistrat Josette Demicoli wara li ammetta li seraq mutur li kien qed jintuża biex jitwassal l-ikel. Thomas Magnussen Hannesbo wieġeb ħati hekk kif fil-Qorti ħareġ li r-raġel qiegħed Malta bħala turist nqabad fil-fatt minn uffiċjali ta’ Transport Malta jisraq il-mutur minn Triq Ġorġ Borg Olivier, il-Mellieħa.

L-Ispettur George Frendo qal li l-mutur ngħata lil sidu u d-Daniż għaraf mill-ewwel li kien wettaq żball stupidu u bla sens. Il-Qorti wissietu bil-konsegwenzi jekk huwa jerġa’ jikkommetti reat ieħor matukl il-perjodu tas-sentenza sospiża. Għall-imputat dehret l-Avukat tal-Għajnuna Legali Josette Sultana.