Jidher li hemm aktar esponenti mill-Partit Laburista fil-Gvern li għandhom xi jwieġbu dwar il-mod kif il-kumpanija Vitals Global Healthcare (VGH) użat fondi li ngħatat mill-Gvern biex tuża’ karozzi u appartamenti lussużi f’zoni bħax-Xatt ta’ Tas-Sliema u f’Ta’ Xbiex għas-sidien u uffiċjali għoljin tal-kumpanija.
Il-gazzetta Malta Independent on Sunday qalet li s’issa għadu mhux magħruf kemm dawn swew u għalhekk, wieħed jistenna li esponenti tal-Gvern jagħtu sodisfazzjon x’sar minn dawn il-fondi pubbliċi.
Sitt snin ilu, il-VGH ingħatat it-tliet sptarijiet pubbliċi San Luqa, ta’ Għawdex u Karin Grech fi ftehim kontroversjali u skandaluż bejn il-Gvern u l-kumpanija internazzjonali li qatt ma kellha l-ebda relazzjoni ma’ xi servizz jew prodott mediku.
Quddiem żviluppi regolari li ħarġu matul dawn is-snin, l-eks Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia fetaħ kawża quddiem il-Qorti, fejn qed jappella li dawn l-isptarijiet għandhom jingħataw lura lill-pubbliku.
Il-gazzetta qalet li bagħtet diversi mistoqsijiet lil ta’ Steward Health Care dwar il-mod li fih sabu l-ftehim mal-Gvern. Il-kumpanija spjegat li minn wara l-VGH saħansitra sabu ammont ta’ VAT mhux imħallsa jew li kien hemm diskrepanzi dwarhom.
//= $special ?>