Elezzjoni 2022 Lokali

“Tħallix lil ħaddieħor jiddeċiedi għalik”- Mattheus Grasso

“Nemmen f’Malta fejn ikun hemm xogħol u ġid għal kulħadd”.

Hekk stqarr iż-żagħżugħ Mattheus Grasso, li huwa ‘health instructor’ waqt li kien qed jindirizza l-attività politika tal-Partit Nazzjonalista f’Raħal Ġdid.

Grasso qal li pajjiżna għandu jagħti kas is-saħħa mentali daqskemm jagħti importanza lis-saħħa fiżika, fejn il-prevenzjoni għandha tkun prijorità daqs il-kura. Hu tkellem ukoll dwar l-importanza li pajjiżna jinċentiva aktar il-prodotti organiċi u kull persuna għandu jkollu l-libertà li jagħżel il-mediċina u l-mod ta’ kura li jieħu. Grasso qal li jemmen f’Malta tal-isports fejn il-ħajja tibda titkejjel fuq il-kwalità tal-ħajja mhux kemm wieħed jgħix biss.

Mattheus Grasso temm id-diskors tiegħu billi qal li fis-26 ta’ Marzu li ġej kull persuna għandha tagħżel għaliex il-votant għandu d-dritt li jagħżel hu u biex b’hekk jagħżel il-futur tiegħu.