Fl-aħħar ħin ħarġet l-aħbar li l-attakki bil-missili qatlu tnax il-persuna oħra, li tlieta minnhom huma tfal, fil-belt ta’ Kharkiv fl-Ukrajna, fejn fost oħrajn, seħħet splużjoni ħdejn blokka appartamenti.
Il-President tal-Ukrajna Volodymyr Zelensky ddeskriva l-bumbardament ta’ Kharkiv, li qatel għexieren ta’ nies, bħala reat kriminali tal-gwerra. Hu saħaq li persuni ċivili kienu fil-mira apposta waqt l-attakk fuq it-tieni l-akbar belt tal-Ukrajna.
Il-Qorti Kriminali Internazzjonali (ICC) se tibda l-investigazzjoni dwar dawn l-allegazzjonijiet. Dan wara li l-prosekutur Karim Khan saħaq li hemm “bażi raġonevoli” sabiex wieħed jemmen li twettqu delitti tal-gwerra jew delitti kontra l-umanità fl-Ukrajna.
Sadanittant fl-aħħar ħin ukoll, madwar sebgħin suldat Ukren inqatlu fil-Belt ta’ Okhtyrka permezz ta’ attakki bil-missili mill-bażi militari Russa, u kien irrapurtat ukoll ġlied aħrax fil-belt ta’ Chernihiv
//= $special ?>