SEGWI LIVE HAWN
Aktar kmieni dalgħodu il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola kkonfermat li l-Parlament Ewropew se jkun qiegħed jintaqa’ illum fl-12.30 ta’ wara nofsinhar sabiex jiddiskuti l-invażjoni tal-Ukrajna mill-qawwiet Russi.
Preżenti se jkun hemm il-President tal-Ukrajna Volodymyr Zelenskyy kif ukoll il-kelliem għall-Verkhovna Rada tal-Ukrajna Ruslan Stefanchuuk.

Intant, il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola fuq il-medja socjali saħqet li “bħalissa qed naraw iseħħ invażjoni fuq pajjiż sovran u indipendenti, u l-libertà u l-valuri ta’ dan il-pajjiż jinsabufil-periklu. Irridu ningħaqdu flimkien u ma nħarsux in-naħa l-oħra.”
