Internazzjonali

RITRATTI: “Att barbaru” fuq l-istazzjon televiżiv Ukren – missila oħra mir-Russi toqtol numru ta’ persuni

Ftit tal-ħin ilu, iċ-ċentru ta’ Kiev reġa’ kien mheżżeż b’attakk ieħor mir-Russi – din id-darba attakk fuq it-torri tal-istazzjon tat-televiżjoni Ukren.

Il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin tal-Ukrajna stqarr li dan kien “attakk barbaru”.

Rapporti inizjali indikaw li kien ħamsa dawk li nqatlu f’dan l-attakk.

Dan l-attakk seħħ viċin sit li jfakkar il-vittmi ta’ Babyn Yar; wieħed mill-akbar massakri ta’ Lhud waqt l-Olokawst.

Intant, l-aħħar rapporti mill-forzi tas-sigurtà qed jgħidu li fil-mira tar-Russi hemm Pjazza Sofia, kif ukoll diversi żoni fiċ-ċentru ta’ Kiev.

Aktar tard, diversi rapporti minn Kiev qiegħdin jgħidu li l-istazzjon tat-televiżjoni għadu qiegħed jopera minkejja l-attakk u l-ġurnalisti Ukreni għadhom qiegħdin jirrapurtaw fuq l-atti ‘barbari’ li għadhom għaddejjin fl-Ukrajna mill-armata Russa.