Dalgħodu l-Kap tal-PN Bernard Grech għamel żjara wkoll fil-lokalità tal-Floriana fejn hemmhekk kompla jwassal il-viżjoni li għandu l-Partit Nazzjonalista għal pajjiżna. Viżjoni li qed tkun ippreżentata fi programm elettorali li għandu ‘l fuq minn 500 proposta konkreta li permezz tagħhom l-familji Maltin u Għawdxin se jkunu jistgħu jgħixu ħajja aħjar.

Sentiment komuni fost dawk li tkellmu ma’ Bernard Grech kien dwar l-għoli tal-ħajja hekk kif bosta qalu li l-paga mhux qed isservihom sal-aħħar tax-xahar.
Preżenti mal-Kap kien hemm il-mara tiegħu AnneMarie Grech u diversi kandidati li se jikkontestaw fuq it-1 distrett f’isem il-Partit Nazzjonalista.
