Coronavirus Lokali

Covid-19: 86 każ ġdid; 38 pazjent l-Isptar

Il-Ministeru tas-saħħa ħabbar li bejn it-Tnejn u t-Tlieta, pajjiżna rreġistra 86 każ ġdid ta’ Covid-19, filwaqt li fl-istess perjodu fiequ 64 persuna.

B’hekk il-każi attivi issa qed jammontaw għal 714.

L-awtoritajiet habbru wkoll li bħalissa hemm 38 persuna pożittivi għall-Covid, li jinsabu rikoverati fl-isptar Mater Dei… bi tlieta minnhom qed jinżammu fit-taqsima tal-kura intensiva.

Fortunatament, fl-ahhar 24 siegha il-pandemija ma halliet ebda vittma f’pajjizna.