Laqgħa oħra Laburista dominata mill-għajjat u l-attakki negattivi kontra l-Partit Nazzjonalista. Bil-Ministru Ian Borg imur lura għall-passat u joqgħod jitkellem fuq l-2008.
Dan seħħ fil-Mosta, fejn Robert Abela llejla laqqa’ lill-partitarji tiegħu.
“Aħrab ‘l hemm, għax se ssib lil-Laburisti”, infexx iwerżaq Ian Borg. Filwaqt li l-Prim Ministru minn naħa tiegħu għamel diskors sħiħ jitkellem fuq il-Partit Nazzjonalista, b’retorika negattiva u mimlija attakki.
Il-kelliema tal-Labour, fosthom Stefan Zrinzo Azzopardi, komplew jużaw l-avvenimenti tal-Labour sempliċiment biex jattakka lill-Partit Nazzjonalista – dak li hu sejjaħ “tan-naħa l-oħra”.
Fil-Mosta, il-Labour kompla wkoll bil-gimmicks dwar il-proposti tal-PN fejn qed jagħżlu li joħolqu stejjer ivvintati biex jiddevjaw l-attenzjoni minn fuq il-fatt li l-Labour għadu mingħajr Manifest Elettorali.
Gimmick oħra tal-Labour tlissnet minn fomm Ian Borg, illi attakka l-proposta tal-PN dwar it-tramm.
Intant, waqt din il-laqgħa, il-Ministru Ian Borg innifsu spiċċa ammetta li fadal ħafna toroq xi jsiru fil-Mosta – għalkemm il-Labour fl-2017 kien wiegħed mod ieħor.