Elezzjoni 2022 Lokali

Ian Borg ma jafx id-differenza bejn tramm u bendy bus

Il-Ministru tat-Trasport ta’ pajjiżna ma jafx x’inhi d-differenza bejn tramm u bendy bus.

Wara li Ian Borg u l-Gvern Laburista ħlew snin twal u fallew kompletament f’dak li hu trasport tal-massa, issa l-Ministru responsabbli minnu għażel li jattakka proposta tal-Partit Nazzjonalista li tista’ ssolvi b’mod prattiku l-problema tat-trasport f’pajjiżna.

Il-Partit Nazzjonalista fil-Manifest Elettorali tiegħu qed jipproponi sistema ta’ trasporttal-massa mingħajr binarji tal-aħħar teknoloġija, magħruf bħala ‘Trackless Tram’.

Din tgħaddi minn toroq arterjali u distributorji permezz ta’ korsiji riżervati. Permezz ta’ użu aħjar u aktar għaqli tal-ispazju tat-toroq, jiġi żgurat li din is-sistema tkun veloċi u effiċjenti.

Madankollu l-Ministru Ian Borg – li se jibqa’ mfakkar għat-tqaċċit bl-addoċċ tas-siġar li ma solva assolutament xejn f’dak li hu traffiku – jidher li ma jafx x’inhi d-differenza bejn tramm u bendy bus. Dan meta waqt diskors mimli sarkażmu f’attività tal-Labour qal li dawn huma l-istess ħaga.