Il-President tal-Belarus, Alexander Lukashenko, qal li – kuntrarju għall-aħħar indikazzjonijiet – il-qawwiet tiegħu mhumiex se jissieħbu mal-Armata Russa fl-invażjoni tal-Ukrajna. Dan wara l-inkwiet tal-Punent li Lukashenko kien qed iħejji lill-qawwiet tiegħu għal attakk dirett fuq Kiev, il-kapitali tal-Ukrajna..
Lukashenko – alleat kbir ta’ Vladimir Putin – sostna li ‘l-Armata tal-Belarus mhix qed tieħu sehem fl-azzjonijiet militari (fl-Ukrajna) u qatt ma uriet ħjiel ta’ aggressjoni’. Hu kompla li pajjiżu jista’ jagħti l-provi ta’ dan u li t-Tmexxija tar-Russja qatt ma wettqet il-pressjoni fuq Minsk biex jissieħeb fil-konflitt.
Intant, hu baqa’ jirreferi għall-invażjoni tal-Ukrajna bħala ‘operazzjoni (militari) speċjali)’ waqt li s-sostna li r-Russja ‘mgħandhiex il-ħtieġa għall-intervent tal-Belarus’.
Madankollu, il-Gvern tal-Istati Uniti qal li r-Russja xorta ‘irredikolat’ is-sovranità tal-Belarus meta użat it-territorju ta’ dan il-pajjiż għall-invażjoni tal-Ukrajna.
//= $special ?>

