Lokali

“Il-Gvern irid jieqaf ibiegħ il-passaporti lir-Russi”

“Il-Parit Nazzjonalista jinsab mal-Ukreni u għalhekk qed jappella biex il-Gvern ta’ Robert Abela jieqaf ibiegħ il-passaporti lir-Russi.”

Hekk tennew il-Viċi Kap għall-Ħidma Parlamentari David Agius, is-Segretarju Ġenerali Michael Piccinino, is-Segretarju Internazzjonali Veronica Perici Calascione u l-Kelliem għall-Affarjiet Barranin Carm Mifsud Bonnici …waqt laqgħa li saret fid-Dar Ċentrali flimkien ma’ grupp ta’ Ukreni li jgħixu f’Malta. Appell li qiegħed isir fid-dawl tal-gwerra li ghaddejja fil-Lvant tal-Ewropa.

Il-PN qal li huwa miftuħ għad-diskussjoni biex jghin lill-poplu Ukren, u għalhekk qed jissokta bit-taħditiet – iżda fuq kollox, b’appelli ċari.

Matul il-laqgħa, iż-żewġ naħat qalu li Malta bħalissa għadha magħluqa għar-refuġjati Ukreni, imma miftuħa għall-oligarki Russi u l-biljunarji li jistgħu jħallsu biex nagħtuhom passaport Ewropew. Il-PN qiegħed jappella biex il-Prim Ministru ta’ pajjiżna jkun korrett, għaliex il-Gvern Malti ma jistax jesprimi solidarjetà mal-Ukrajna u jibqa’ jbigħ il-passaporti lil Russi li ma nafuhomx