Is-Segretarju tal-Istat Amerikan, Antony Blinken, qed jikkuntesta ‘is-sens’ li r-Russja tibqa’ tifforma parti mill-Kunsill tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet Umani.
Blinken, waqt diskors lill-assemblea tan-NU, qal li wieħed irid jistaqsi jekk pajjiż membru tan-NU li qed jipprova jaħtaf kontroll ta’ Stat-membru ieħor għandux jitħalla bħala membru tal-Kunsill — speċjalment wara li l-pajjiż inkwistjoni jkun wettaq reati xokkanti kontra l-bniedem, fost tbatija terribbli għal poplu sħiħ.
“Neħtieġu nikkundannaw fis-sod — u bla ebda riservi — l-attentati tar-Russja biex jeliminaw gvern li kien elett bil-mezzi demokratiċi u fost ir-reati kbar kontra ċ-ċivili Ukreni,’ tenna Biden.
Is-Segretarju tal-Istat Amerikan tkellem ukoll dwar ir-ripressjoni mill-Kremlin għar-Russi infushom ‘fejn qed tispikka l-persekuzzjoni (mill-Gvern) għall-organizzazzjonijiet favur id-drittijiet tal-bniedem, kif ukoll għall-attivisti li qed jipprotestaw dwar l-aġir brutali tal-Kremlin mal-ġurnalisti u l-avversarji politiċi ta’ Putin.’
//= $special ?>