Għalkemm l-Ukreni qed ikomplu bir-reżistenza qalbiena — u bir-Russi qed jitilfu dejjem aktar militar — il-qawwiet ta’ Volodymyr Zelensky, fl-aħħar sigħat, ġarrbu l-akbar disfatta mill-bidu tal-invażjoni tal-Ukrajna. Dan meta nqatlu talanqas 70 suldat Ukreni meta l-artillerija Russa bumbardjat il-belt ta’ Okhtyrka, lejn il-grigal tal-Ukrajna.
Sadanittant, il-qawwiet ta’ Putin jidhru li qed jużaw il-bombi projbiti mill-Konvenzjoni ta’ Ġinevra fuq il-poplu u l-militar Ukren. Dan wara li pjazza ewlenija fil-belt ta’ Kharkiv intaqtet minn bomba ta’ kalibru straordinarju li tidher li ħalliet l- imwiet u straġi fuq skala allarmanti. Fl-attakk intlaqtu wkoll il-kwartieri ġenerali tal-gvern reġjonali f’din il-belt li tinsab qrib il-fruntiera tar-Russja.
Bħalissa wkoll, konvoj twil ta’ tankijiet tal-gwerra u vetturi oħra armati tar-Russja qed javviċina l-belt ta’ Kiev, il-kapitali Ukrena. Dan meta komplew jidwu l-isplużjonijiet eqreb iċ-ċentru tal-belt minn qatt qabel.
//= $special ?>

