Internazzjonali

Il-Gwerra tal-Ukrajna: Twissija lir-residenti fi Kiev…

Il-Ministeru tad-Difiża tar-Russja wissa lir-residenti ta’ Kiev biex jitilqu mill-aktar fis mill-kapitali. Dan fost tħejjija għall-‘akbar bumbardament’ fuq il-kapitali Ukrena mill-bidu tal-invażjoni.

Il-kelliema f’Moska għamluha ċara li għandhom pjan ‘biex jolqtu’ l-aktar zoni strateġiċi ta’ Kiev u meta l-miri jinkludu ċ-ċentri għat-teknoloġija u l-kwartieri ewlenin tas-servizzi tas-sigurtà Ukreni.

Sadanittant, għexieren ta’ tankijiet tal-gwerra u vetturi armati tal-qawwiet Russi komplew javvanzaw lejn il-kapitali tal-Ukrajna.