Elezzjoni 2022 Lokali

Il-Kandidati tal-Labour m’għandhomx idea x’għandhom fil-manifest

Il-Ministri ta’ Abela m’għandhomx l-iċken idea x’se jkun qiegħed iwiegħed il-Partit Laburista fil-Manifest elettorali tiegħu – bid-dubju jikber dwar meta se jkun qed jiġi ippublikat, jew saħansitra jekk hux se jiġi ppubblikat.

Net News staqsa lill-Ministru Michael Falzon x’se jkunu qed iwiegħdu fil-Manifest Elettorali fil-qasam rispettiv tagħhom…bir-reazzjoni tkun waħda ġenerali – perplessita u tidwir mal-lewż.

Fit-tweġiba tiegħu Michael Falzon saħaq li l-manifest elettorali huwa importanti iżda fl-istess waqt daħħal id-dubju jekk hux se jkun ippubblikat jew le, hekk kif ma jinsabx ċert.

Dan filwaqt li insista li l-Partit Laburista, aktar minn ġimgħa wara li ħabbar id-data l-elezzjoni, għadu għaddej bid-diskussjonijiet sabiex ifassal il-manifest tal-wegħdi tiegħu.

Fost il-wegħdi li qed jagħmel, li ħafna minnhom huma riċiklati mis-snin preċedenti, hemm tal-anqas waħda ikkuppjata għal kollox mill-programm elettorali tal-Partit Nazzjonalista; dik tal-mediċini b’xejn lill-pensjonanti kollha.