Minkejja ċ-ċaħda u minkejja li jaf li qed jigdeb, il-Partit Laburista qed jibqa’ jigdeb biex jaħbi l-fatt li għadu bla programm elettorali minkejja li għaddew disat ijiem minn mindu Robert Abela sejjaħ l-elezzjoni.
Il-proposta tal-Partit Nazzjonalista hi ċara: dawk il-persuni li ma’ jikkwalifikawx għas-sussidju u għandu massimu ta’ dħul sa’ €40,000, ikunu jistgħu jibbenefikaw minn sussidju huma wkoll u mhux jitħallew lampa stampa kif qegħdin illum.
Dak li qed jipproponi l-Partit Nazzjonalista se jkun qed iżid u mhux ineħħi s-serħan tal-moħħ ta’ min qed jikri. Dak propost se jkun qed jiżdied ma dak li diġa jeżisti.
Il-Partit Laburista qed jagħżel li jirrikorri għall-attakki, negattivitá u kampanja ta’ qtigħ il-qalb. Robert Abela hu l-problema u għalhekk ma jistax ikun is-soluzzjoni.
//= $special ?>