Waqt laqgħa sabiħa li Bernard Grech kellu fil-lokalità ta’ Bormla, huwa qal li jinsab mar-residenti kollha ta’ dawn il-lokalitajiet sabiex ikompli jitwassal il-messaġġ tal-ġid li l-Partit Nazzjonalista se jġib lil dan il-pajjiż.
Huwa qal li l-politika tal-Partit Nazzjonalista hija msejsa fuq il-persuna u fuq il-lokalitajiet… politika li tispeċjalizza fuq il-bżonnijiet speċifiċi ta’ kull lokalità.
Bernard Grech qal li permezz ta’ dawn iż-żjarat il-Partit Nazzjonalista qed jersaq iktar viċin in-nies. Saħaq li l-Partit Nazzjonalista, filwaqt li jaħseb fil-ġid ta’ kulħadd, jaħseb ukoll fil-ħidma komuni.. “Irridu li b’viżjoni ċara għal pajjiżna nagħtuk l-opportunità li mhux biss twelled il-ħolm tiegħek iżda flimkien inwettqu dan il-ħolm.”
Huwa qal li l-PN irid li inti jkollok opportunitajiet ta’ ħajja aħjar… min-naħa l-oħra l-Partit Laburista qed juri li mhux ippreparat biex jiggverna għall-ħames snin li ġejin.
“Dan partit pożittivi li qed jaħdem għall-ġid ta’ kulħadd u fuq in-naħa l-oħra Partit Laburista li huwa maqtugħ mir-realtà u m’għandux soluzzjonijiet.”
Bernard Grech qal li fit-tibdil tal-klima, kull wieħed u waħda minna jista’ jagħeml id-differenza. Fid-dawl tal-problema tal-għoli tal-ħajja, Gvern ġdid Nazzjoanlista se joffri fond ta’ 40 miljun ewro f’għajnuna lill-kumpaniji biex jittaffa dan il-piż.
