Lokali

Is-Siġġiwin irrabjati minħabba l-għeluq tat-triq prinċipali

Diversi Siġġiwin jinsabu rrabjati minħabba t-traffiku kbir li qed jinġema’ fl-inħawi ta’ Triq is-Siġġiewi magħrufa bħala l-benniena minħabba li din kellha tingħalaq biex isiru xi xgħolijiet. B’ħafna jiddeskrivu dan ix-xogħol bħala wieħed pjanat ta’ malajr u bla ħsieb.

Tant ġie deċiż malajr dan ix-xogħol li l-kunsilliera ma ġewx notifikati dwar it-tip ta’ xogħol, timeframes u l-immaniġġjar ta’ traffiku.

Għall-bidu s-Sindku tas-Siġġiewi kien qal li kienet se tingħalaq biss naħa waħda tat-triq iżda wara ġie deċiż li jingħalqu ż-żewġ lanes b’konsegwenza li qed jinġema’ ammont kbira ta’ traffiku.

Diversi residenti kkummentaw fuq il-media soċjali li dan l-għeluq sar mingħajd ma huma kienu avżati u mingħajr ma saret ebda konsultazzjoni mal-Kunsill u mar-residenti. B’oħrajn jikkumentaw li dan kollu huwa turija ċara ta’ kemm is-Sindku mhux jaħdem fl-aħjar interess tas-Siġġiwin.