Sport Sport Ieħor

L-International School Sport Federation tissospendi lill-membri Russi u Belarussi

L-International School Sport Federation issospendiet il-membri Russi u Belarussi fl-isfond tal-gwerra fl-Ukrajna.

Atleti u timijiet Russi m’humiex se jitħallew jipparteċipaw f’avvenimenti organizzati minnhom filwaqt li tneħħa wkoll id-dritt li r-Russja tospita l-20 ISF Gymnasiade fl-2024.

Il-federazzjoni Russa kif ukoll dik Belarussa m’hijiex se titħalla tattendi, tipparteċipa jew tivvota kemm fl-Assembleja Ġenerali tal-ISF kif ukoll f’laqgħat tal-Kumitat Eżekuttiv.

Intant l-ISF qed titlob li jintlaħaq ftehim bejn il-partijiet konċernati sabiex jitemm il-ġlieda fl-Ukrajna.

Dan filwaqt li ħeġġew lill-membri tagħha biex jagħtu l-appoġġ kollu tagħhom lil kollegi, għalliema u studenti Ukreni, li bħalissa jinsabu għaddejni minn mument daqshekk diffiċli.