Elezzjoni 2022 Lokali

Laqgħa mill-isbaħ għal Bernard Grech fil-Kottonera

Għal jum ieħor, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech kompla biż-żjarat tiegħu f’diversi lokalitajiet. Żjarat li permezz tagħhom Bernard Grech qed ikollu l-oppotunità jiltaqa’ u jitkellem ma’ diversi persuni u jisma’ l-ħsibijiet tagħhom. Turija ċara kemm il-Partit Nazzjonalista huwa partit li fiċ-ċentru tal-politika tiegħu hemm il-familjia, il-ħaddiema, l-istudenti u l-pensjonanti.

Waqt żjara madwar il-monti tal-Birgu, Bernard Grech kellu l-okkażjoni jisma’ l-ħsibijiet ta’ diversi bejjiegħa u xerrejja fejn fost l-oħrajn tkellmu miegħu dwar il-problema dejjem tikber tal-għoli tal-ħajja. Ħafna stqarru li jinsabu urtati li l-Gvern ta’ Robert Abela mhux qed jagħti kas din il-problema għax jinsab maqtugħ mir-realtà u jimportah biss mill-but tiegħu.

Preżenti mal-Kap għal dawn iż-żjarat kien hemm il-mara tiegħu AnneMarie Grech u diversi kandidati li se jikkontestaw fuq it-2 distrett f’isem il-Partit Nazzjonalista.