Is-sit Lovin Malta fl-aħħar sigħat ħareġ kjarifika dwar artiklu bit-titlu ‘Yorgen Fenech Claimed Adrian Delia Messaged Him During 17 Black Debate’.
Lovin Malta qalu li dan l-artiklu qatt ma kellu intenzjoni li jagħti f’tifehm li Adrian Delia kellu kuntatt ma’ Yorgen Fenech u stqarrew li l-artiklu rraporta li Fenech kien għamel din l-allegazzjoni lil terzi persuni.
Lovin Malta qalu li filwaqt li kienu qagħdu fuq l-allegazzjonijiet li kien għamel Fenech, huma minn naħa tagħhom ma kienux ivverifikawhom ma Adrian Delia.
Huma talbu skuża jekk l-artiklu nftiehem ħażin bħala allegazzjoni ta’ għemil ħażin minn naħa ta’ Delia u qalu li din qatt ma kienet l-intenzjoni tagħhom.
Wara li saret din il-kjarifika, Adrian Delia rtira l-libell miftuħ kontra l-Lovin Malta dwar dan l-artiklu.
//= $special ?>