Wara l-istqarrija tal-MFRA, Marsa FC ikkundannaw l-attakki tal-players tagħhom fuq ir-referees fil-partiti tat-tim ta’ taħt id-19-il sena u tal-iskwadra ewlenija rispettivament. Filwaqt li saħqu li se jittieħdu passi dixxiplinarji fil-konfront taż-żewġ players, huma qalu li se jkunu qed iressqu protest b’rabta ma’ żbalji kruċjali mir-referees fil-partita kontra Pieta Hotspurs.
Intant il-Kummissarju tad-Dixxiplina tal-MFA ta sospensjoni ta’ tliet snin lil goalkeeper ta’ 24 sena ta’ Marsa Dorian Bugeja sal-2025. Skond ir-rapport tar-referee waqt il-partita kontra Pieta Bugeja agredixxa lir-referee Mitchell Scerri. Il-player Andy Gilson weħel sospensjoni ta’ tliet partiti filwaqt li Clifford Gatt Baldacchino u Luke Sciberras se jkunu sospiżi logħba kull wieħed.
Intant, mal-paġna ta’ Replay (Net Television), il-player ta’ taħt id-19-il sena ta’ Marsa Oretan Galea, ta verżjoni differenti ta’ dak li kiteb ir-referee, b’konsegwenza li ġie sospiż ħames partiti mill-Kummissarju tad-Dixxiplina. Filwaqt li ammetta li qasam il-pinna tar-referee, Galea ċaħad li attakka lill-avversarju tiegħu.
//= $special ?>