Keith Pace ta’ 34 sena miż-Żejtun ġie illiberat minn każ ta’ seraq envelop ta’ bank li kellu l-flus fih. Il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit ma sabitux ħati li f’Ottubru, 2017, seraq envelop li kien fih €850, wara li l-ġara tiegħu kien waqgħalha meta marret biex tiddepożitah il-bank fiż-Żejtun.
Dan għaliex ma hemmx ċertezza legali dwar filmat li ppreżentat il-Pulizija u dan peress li espert tal-Qorti qal li ma hemmx riferiment għal ħin u d-data tiegħu. L-Ispettur Roderick Attard li mexxa l-prosekuzzjoni xehed li l-mara marret tirrapporta l-għassa li tilfet envelop tad-depożitu tal-bank. Minn hemm il-Pulizija kisbet il-filmat tas-sigurtà tal-bank u ħasbet li s-suspettat kien raġel ieħor.
Wara li dan ir-raġel ċaħad u l-Pulizija kellha dubju kemm kien il-ħaliel reġgħet ħarġet xi ritratti oħra mill-filmat il-mara qalet li kienet għarfet lill-ġar tagħha li kien ġabar l-envelop ftit wara li kien waqgħalha. Minn naħa tiegħu Pace qal li huwa minnu li ġabar l-envelop iżda dan ma kellux flus fih.
Il-mara qalet li kienet indunat meta marret biex tara daħlulhiex il-flus il-bank u li meta kellmet lill-Bank, qalulha li kienet daħlet envelop vojt fil-magna. Hija l-ewwel kienet identifikat raġel iżda ma kienx hu u wara għarfet lill-ġar tagħha. Il-Qorti nnotat li l-unika prova li l-prosekuzzjoni għandha kontra l-imputat huwa l-filmat, liema prova mhijiex suffiċjenti. Il-Qorti qalet ukoll li anke jekk l-imputat ġabar dan l-envelop, ma jfissirx li wettaq reat ta’ serq iżda li sab xi ħaġa ta’ xi ħadd u ma rrapportahiex lill-pulizija.
Ingħad ukoll li anke li kieku kien minnu li l-imputat gabar dan lenvelop, dan il-fatt ma jikkostitwix necessarjament ir-reat ta’ serq izda kif qalet ben tajjeb id-difiza tista’ tikkostitwixxi l-kontravvenzjoni meta ssib xi haga ta’ xi hadd u ma tirrapurtahiex lill-pulizija li tali kontravvenzjoni kienet ilha preskritta mal-prezentata tal-akkuza. Għaldaqstant ma sabitux ħati u illiberatu.
//= $special ?>