Fil-ħames round tal-FA Cup Middlesbrough komplew bis-serje ta’ riżultati pożittivi f’din il-kompetizzjoni hekk kif eliminaw lil Tottenham. Il-gowl uniku tal-partita wasal fil-107 minuta meta iż-żagħżugħ ta’ 19-il sena Josh Coburn tefa’ l-ballun fir-rokna tax-xibka għal 1-0.
F’partita oħra Man City għaddew għar-round li jmiss meta għelbu lil Peterborough bl-iskor ta’ 2-0. Riyad Mahrez poġġa’ lil Man City fil-vantaġġ fis-60 minuta qabel fis-67 minuta Jack Grealish irdoppja għas-citizens wara pass fit-tul ta’ Phil Foden.
FA CUP
Illum: Peterborough v Man City 0-2, C’Palace v Stoke 2-1, Middlesbrough v Tottenham 1-0
PREMIER LEAGUE
Illum: Burnley v Leicester 0-2
//= $special ?>