Elezzjoni 2022 Lokali

NHAR IL-ĦADD: Rally mill-Partit Nazzjonalista fin-Naxxar

Nhar il-Ħadd li ġej, fit-3:30PM il-Partit Nazzjonalista se jorganizza rally ieħor bħala parti mill-kampanja bit-tema ‘Miegħek Għal Malta’ – rally li se jkun organizzat fin-Naxxar.

Wara s-suċċess taż-Żurrieq, l-appuntament tal-Ħadd li ġej se jkun ħdejn il-Higher Secondary fin-Naxxar fejn hemmhekk se jsir l-indirizz mill-Kap tal-PN Bernard Grech.

Qabel ir-rally, se jkun hemm mużika u divertiment bis-sehem ta’ diversi kantanti.