Elezzjoni 2022 Lokali

Robert Abela jibqa’ jaħrab dibattitu ma’ Bernard Grech

Wieħed mill-iktar, jekk mhux l-iktar podcasts popolari u segwit f’pajjiżna – il-Podcast ta’ Jon Mallia.

Mhux faċli li Jon jistiednek fuqu, iżda jekk jistiednek, se ssib ġurnalist u preżentatur li se jsaqsi mistoqsijiet xi kultant antipatki. Dan kollu jidher illi dejjaq lil Robert Abela, u filfatt il-Prim Ministru ħarab milli jaccetta stedina għal dibattitu fuq dan il-podcast – podcast li għalih, il-Kap tal-PN Bernard Grech ma ddejjaq xejn jattendi u jwieġeb għal kull domanda li saritlu.

Il-Podcast ta’ Jon ma’ Bernard Grech kien rekordjat fl-aħħar jiem u mistenni jiġi ppublikat fl-intier tiegħu fil-ġranet li ġejjin. Dan filwaqt li kif inhu sinonimu li jagħmel, il-Prim Ministru Robert Abela għadu qed jibża jaffaċċja d-domandi…anke tal-prezentaturi indipendenti.