Internazzjonali Unjoni Ewropea

Roberta Metsola b’appoġġ sħiħ għall-poplu Ukren

Fl-aħħar sigħat, folla kbira inġabbret barra l-bini tal-Parlament Ewropew fi protesta kontra dak li qed jiġri bħalissa fl-Ukrajna hekk kif ir-Russja kompliet bl-attakki.

Il-President tal-Parlament Ewropew, Roberta Metsola indirizzat lil din il-folla fejn wegħdet appoġġ sħiħ lill-poplu Ukren.

Dan wara li Roberta Metsola laqqgħet il-Parlament Ewropew biex jiddiskuti l-invażjoni tal-Ukrajna.