L-atleti Russi u Belarussi se jitħallew jikkompetu fil-Logħob Paralimpiku f’Beijing bħala newtrali, wara l-invażjon tar-Russja fl-Ukrajna.
Il-Kumitat Paralimpiku Internazzjonali qal li l-atleti miż-żewġ pajjiżi se jikkompetu taħt il-bandiera Olimpika filwaqt li m’humiex se jkunu inklużi fil-klassifika tal-midalji.
Iċ-ċerimonja uffiċjali se ssir nhar il-Ġimgħa, bil-Logħob Paralimpiku jibda uffiċjalment is-Sibt. Il-President tal-Kumitat Paralimpiku, Andrew Parsons, qal li dawn huma l-eħrex penali possibli taħt il-kostituzzjoni tal-Kumitat Paralimpiku Internazzjonali.
Matul il-Logħob Paralimpiku f’Beijing se jikkompetu 71 atleta mir-Russja u 12 mill-Belarus, fejn issa se jkunu qed jikkompetu bħala newtrali.
//= $special ?>