Artiklu: Stewart Said
Gowl fl-aħħar azzjoni tal-logħba tat rebħa diffiċli lil Birżebbuġa Freeport fuq Valletta Izibet. Konfront li seta’ mar kull naħa iżda finalment it-tim ta’ Pierre Borg kiseb il-massimu tal-punti. Minkejja t-telfa, Valletta ma kellhomx prestazzjoni negattiva. Fl-ewwel logħba ta’ Joe Cremona bħala kowċ, Valletta prattikament bdew paġna ġdida. Dan hekk kif kellhom diversi plejers li lagħbu l-ewwel logħba tagħhom mal-klabb.
Il-Beltin irkupraw minn żvantaġġ ta’ 4-1 fl-ewwel sessjoni u ġabu d-draw fit-tieni sessjoni b’gowls ta’ Otis Zammit, Keith Galea u Michele Mifsud. Il-vantaġġ ma kienx iktar minn gowl sa tmiem il-logħba, biż-żewġ timijiet jibdew l-aħħar sessjoni 7-7. Il-captain Daniel Paolella tefa’ lil Valletta 8-7 fil-vantaġġ sakemm Russell Spiteri skorja t-tielet gowl personali.
Fl-aħħar attakki tagħhom, Valletta setgħu jirbħu l-partita iżda proprju fl-aħħar sekondi, Marsaskala rebħu pussess wara li Andrea Agius ġie ġġudikat li daħal ħażin fil-pitch. Wara konsultazzjoni bejn ir-referees, inbidel il-pussess, Agius tkeċċa b’sostituzzjoni u mill-man-up, Neil Cassar skorja l-gowl tar-rebħa.
Sliema Frank Salt ftit sabu diffikultà biex għelbu lil Marsaskala Fish and Fish. Is-Slimiżi kienu mingħajr Jerome Gabarretta li ma niżilx jilgħab, Liam Galea, Benji Cachia u Matthew Mifsud. Fuq in-naħa l-oħra, ritorn għall-ewwel darba mill-2018 għall-veteran Clint Mercieca li lagħab ma’ Marsaskala. Is-Slimiżi kabbru l-vantaġġ gradwalment, b’Marsaskala pruvaw iżommu r-ritmu mal-avversarji. Iżda l-gowls mingħajr risposta fit-tielet sessjoni ta’ Zach Mizzi, Dino Zammit u John Brownrigg aċċertaw mir-rebħa.
L-iktar logħba faċli kienet għal Exiles b’rebħa dominanti kontra Otters Nivea. Għalkemm l-iskor jitkellem waħdu, wieħed irid iħalli kliem ta’ inkoraġġament għat-tim Għawdxi li baqa’ sal-aħħar jipprova l-aħjar tiegħu kontra tim aħjar teknikament u wisq iktar fiżikament. Għal Exiles spikka Mark Fenech b’erba’ gowls.
VALLETTA IZIBET………………. 8
BIRŻEBBUĠA FREEPORT…….. 9
(1-4), (4-1), (2-2), (1-2)
Valletta: A. Bugeja, N. Farrugia, M. Pace, L. Hyzler (2), Z. Micallef, T. Said, D. Paolella (1), M. Mifsud (1), S. Micallef (1), A. Agius (1), K. Galea (1), K. Cremona, B. Busuttil, J. Culic, O. Zammit (1)
Birżebbuġa: M. Sladden, J. Farrugia, N. Cassar (2), B. Grech, C. Mifsud, R. Mock, G. Mannino (1), D. Cutajar, M. Vassallo, K. Tanti (3), R. Spiteri (3), M. Curmi, C.D. Borg, D. Incorvaja, G. Sammut
Referees: Stefan Licari, Neville Mercieca
EXILES…………………………….. 20
OTTERS NIVEA………………….. 2
(6-0), (2-0), (6-0), (6-2)
Exiles: M. Castillo, N. Saliba (2), S. Apap (3), M. Martellacci, T. Sullivan, S. Xerri de Caro (2), M. Fenech (4), K. Griscti (2), N. Paris, J. Bajada (3), M. Aquilina (3), D. Fenech (1), G. Borg
Otters: M. Xerri, M. Bonnici, K. Scicluna, L. Grech Carr, K. Micallef, D. Dimech, I. Azzopardi, S. Dimech, L. Dimech (1), M. Farrugia, Z. Bartolo (1), A. Dimech, E. Gatt
Referees: Massimo Angileri, Ronnie Spiteri
SLIEMA FRANK SALT……….. 14
M’SKALA FISH AND FISH…… 5
(3-1), (4-2), (3-0), (4-2)
Sliema: N. Grixti, J. Gabarretta, J. Saliba, D. Rizzo (2), M. Meli (1), J. Cutajar (1), J. Brownrigg (2), K. Borg (2), Z. Mizzi (2), D. Zammit (4), A. Theuma
Marsaskala: J. Micallef, A. Camenzuli, P. Privitera (2), R. Greco, G. Galea, K. Navarro, M. Manara, D. Pace Lupi (1), G. Sammut (1), J. Ciantar, M. Carani (1), A. Muscat, L. Falzon, C. Mercieca
Referees: Alex de Raffaele, Peter Balzan
//= $special ?>