Raġel ta’ 77 sena huwa l-aħħar vittma tal-Covid-19 f’pajjiżna.
Dan ġie mħabbar mill-Ministeru tas-Saħħa l-Erbgħa waranofsinhar fuq post imtella’ fuq il-paġna ta’ Facebook.
Sadanittant, ġie mħabbar ukoll li bejn it-Tlieta u l-Erbgħa, pajjiżna rreġistra 94 każ ġdid ta’ Covid-19, filwaqt li fl-istess perjodu fiequ 70 persuna.
B’hekk l-ammont ta’ każi attivi issa qed tela’ għal 737.
L-ammont ta’ pazjenti li jinsabu rikoverati fl-isptar Mater Dei żdied għal 43, bi tlieta minnhom qed jinżammu fit-taqsima tal-kura intensiva.
//= $special ?>