Il-club Ingliż Everton waqqfu r-relazzjoni tagħhom mal-biljunarju Russu Alisher Usmanov, oligark li hu magħruf għar-relazzjoni fil-qrib ma’ Putin. Usmanov, ic-chairman ta’ USM-Holdings hu l-isponsor uffiċjali tat-training grounds ta’ Everton, u għandu wkoll drittijiet riservati fl-isem tal-istadium il-ġdid ta’ Everton, li għandu jitlesta fl-istaġun 2024/25.
Usmanov irriżenja wkoll minn president tal-federazzjoni internazzjonali tal-fencing wara li ġew friżati l-assi kollha tiegħu mill-Unjoni Ewropea. L-oligark Russu qal li din ma kinietx deċiżjoni ġusta fil-konfront tiegħu fejn mistenni jappella l-miżuri mposti fuqu.
//= $special ?>