Elezzjoni 2022 Lokali

“Għandna programm elettorali li huwa katina ta’ inċentivi intenzjonati li jtebju l-pajjiż” – Bernard Grech

“Il-programm elettorali li ppreżenta l-Partit Nazzjonalista huwa katina ta’ inċentivi intenzjonati li jtebju lill-pajjiżna”. Kliem il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech f’intervista li saritlu mil-ġurnalist tal-Malta Daily Gabriel Mifsud.

Huwa qal li r-riġenerazzjoni tal-Partit Nazzjonalista ma ssirx biss billi jinbidlu l-kandidati…. Minn meta laħaq Kap tal-PN, Bernard Grech mal-ewwel beda jaħdem u llum għandna partit magħqud li diġà ppreżenta l-programm elettorali tiegħu.

Saħaq li huwa kburi b’kull persuna li taħdem għall-ġid ta’ Malta fejn flimkien mal-kandidati kolha se jkompli joffri l-aħjar proposti għal dan il-pajjiż.

Mistoqsi dwar Franco Debono, Bernard Grech qal li l-bieb tal-PN huwa miftuħ għal kull min irid jaħdem favur pajjiżna.

Bernard Grech tkellem dwar ix-xogħol imprezzabbli li jagħmlu l-ġurnalisti fejn fuq in-naħa l-oħra għandna Partit Laburista li uża ġurnalist indipendenti fuq il-billboards. Huwa qal li ż-żgħażagħ jinteressahom mill-opportunitajiet li jiġu offruti lilhom…. għalhekk il-PN se jkun miegħedk biex jinċentiva lil min jinvesti permezz ta’ għaxar setturi ġodda li qed jippropoi Gvern ġdid Nazzjonalista. Saħaq li l-program elettorali li qed jippreżenta l-PN huwa viżjoni b’katina ta’ inċentivi intenzjonati li jtebju l-pajjiż.

Bernard Grech tkellem dwar il-proposti li qed iressaq il-Partit Nazzzjonalista fosthom dawk li jgħinu lill-familji… proposti li se jgħinu sabiex ikun hemm bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħin liberu. “Il-viżjoni tagħna hija ċara… hija waħda li fiċ-ċentru tagħha hemm il-familja”. Gvern ġdid Nazzjonalista se jestendi l-paternity leave minn ġurnata waħda għal 15-il ġurnata sabiex tibda titnaqqas id-differenza mal-maternity leave. Huwa qal li dawn il-proposti se jgħinu iktar lil dawk il-persuni li jridu jibnu familja u jkollhom it-tfal.

Mistoqsi dwar is-sitwazzjoni li għaddej minnha l-poplu Ukren, Bernard Grech qal huwa importanti li kulħadd jibqa’ jiġġieled għad-drittijiet tiegħu… iżda kull pajjiż irid jara li l-poplu jgħix b’mod dinjituż. Huwa rrefera għad-deċiżjoni li ħa l-Prim Ministru…. deċiżjoni li ttieħdet tard… deċiżjoni li ttieħdet wara li saret pressjoni kbira mill-Oppożizzjoni u mill-Unjoni Ewropea sabiex jitwaqqaf il-bejgħ tal-passaporti lir-Russi.

Bernard Grech qal li huwa se jkun qed joħloq il-ġid permezz ta’ għaxar setturi ekonomiċi ġodda u mhux kif għamel Robert Abela. Partit Laburista li qed jipprova jnessina l-passat tiegħu. Huwa qal li l-viżjoni tal-Partit Nazzjonalista hija l-unika waħda li tista’ ġġib il-bidla li pajjiżna tant għadu bżonn. Sostna li permezz tal-kunċertt ESG il-Partit Nazzjonlalista se jkun qed itejjeb il-qagħha ta’ diversi negozji, kumpaniji u ħaddiema. Huwa qal li li jekk inti trid li t-tfal tiegħek jimxu ‘l quddiem… din it-tama jista’ joffrijilek biss il-Partit Nazzjonalista.

Mistoqsi dwar ir-reklamazzjoni tal-art, Bernard Grech qal li l-PN lest li jkompli jistudja biex jara li jkun hemm reklamazzjoni tal-art.