Elezzjoni 2022 Lokali

Gvern Nazzjonalista se jestendi l-paternity leave għal 15-il ġurnata

Is-sick leave tal-ġenituri jkun jista’ jintuża wkoll fiċ-ċirkostanzi li t-tfal tagħhom ikunu ma’ jifilħux

Gvern ġdid Nazzjonalista irid jibni qafas sod li jassigura bilanċ tajjeb bejn ix-xogħol u l-familja.

Sostna dan il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech f’konferenza tal-aħbarijiet li matulha ppreżenta numru ta’ proposit oħra li hemm fil-programm elettorali tal-Partit Nazzjonalista bit-tema ‘Viżjoni għal Malta 2030’.

Dawn huma l-proposti li ressaq il-Kap tal-Partit Nazzjonalista… proposti li għal darb’oħra juru kemm fiċ-ċentru tal-politika tal-Partit Nazzjonalista hemm il-familija.

  • Nestendu l-paternity leave minn ġurnata waħda għal 15-il ġurnata sabiex tibda titnaqqas id-differenza mal-maternity leave (18-il gimgħa). Dan il-leave jitħallas kollu mill-Gvern, suġġett għal massimu stabbilit. (Porzjon żgħir minn dan il-paternity leave jista’ jittieħed fl-istess żmien mal-omm fl-ewwel gimgħat tat-twelid tat-tarbija sabiex il-missier ikun ta’ appogg u għajnuna għall-omm. Biex titkattar ir-rabta bejn il-missier u t-tarbija, l-paternity leave mhux trasferibbli għal fuq l-omm.)
  • Nintroduċu ħlas liż-żewg ġenituri waqt il-perjodu tal-Parental Leave: 8 ġimgħat (xahrejn) ta’ Parental Leave offrut lil kull genitur imħallas mill-Gvern, suġġett għal massimu stabbilit. Dan il-parental leave irid jittieħed qabel ma’ t-tifel jew it-tifla jagħlqu tmien (8) snin. (Jgħodd ukoll għall-ġenituri li jaddottaw (apparti mill-Adoption Leave) u anke għall-foster carers).
  • Nagħtu lil ġenituri self-employed maternity u paternity leave u parental leave bl-istess kundizzjonijiet ta’ ġenituri li huma impjegati. Jintuża mudell simili għal dak addottat bil-Maternity Leave Fund, mingħajr ma’ jiżdiedu piżijiet ġodda fuq is-self-employed. (Dawn ikunu jistgħu jieqfu jaħdmu għal dan il-perijodu kollu, jew parti minnu, biex ikunu jistgħu jieħdu ħsieb it-tarbija u jkollhom introjtu sikur fuq il-paga li jiddikjaraw;  jew jistgħu jużaw dawn il-flus biex jimpjegaw lil xi ħadd matul dan il-perijodu kollu, jew parti minnu, biex l-ażjenda tagħhom tkun tista’ tkompli topera.)
  • Noħolqu Skema ta’ Appoġġ Finanzjarju għal servizzi ta’ nanny/child-minding mat-tfal, għal ġenituri ħaddiema inklużi s-self employed: Sussidju jew Tax Rebate ta’ 50% tal-ispiża għal użu ta’ servizzi ta’ nanny fid-dar, għal familja b’ġenitur/i li  jaħdmu.
  • Is-sick leave tal-ġenituri jkun jista’ jintuża wkoll fiċ-ċirkostanza li t-tfal tagħhom ikunu ma’ jifilħux jew ikollhom xi inċident li jitlob il-preżenza tagħhom.
  • Nagħtu sussidju jew tax rebate għal għajnuna fix-xogħol tad-dar. Din l-iskema tapplika per household fejn hemm żewġ ġenituri li jaħdmu fejn hemm ġenituri bi tfal taħt it-12 il-sena fil-household, kif ukoll għal ġenituri kollha li għandhom tfal b’diżabilita’.
  • Nagħtu lill-ħaddiema kollha d-dritt statutorjali li jitolbu għal temporal flexibility fir-rigward ta’ x’ħin jibdew u x’ħin jispiċċaw, b’arranġament ma’ min iħaddem, u skont id-direttiva tal-Unjoni Ewropeja tal-Work Life Balance.  Min iħaddem huwa obbligat li jikkunsidra dawn it-talbiet u jrid jagħti ġustifikazzjoni bil-miktub f’każ li jiġu rifjutati dawn it-talbiet.
  • Nagħtu d-dritt lill-impjegati kollha (mhux biss ġenituri) li jitolbu biex jaħdmu mid-dar (jew minn post ieħor) numru ta’ ġranet fil-gimgħa, kif ikun maqbul ma’ min iħaddimhom, u bil-kundizzjoni li tinżamm il-produttivita’ kif ukoll jintlaħqu l-bżonnijiet tal-klijenti. Min iħaddem huwa obbligat li jikkunsidra dawn it-talbiet u jrid jagħti ġustifikazzjoni bil-miktub f’każ li jiġu rifjutati dawn it-talbiet.
  • Nagħtu tax rebate lil min iħaddem li jinvesti f’għamara ergonomika għall-ħaddiema li jaħdmu kemm mill-uffiċju kif ukoll mid-dar. Min iħaddem irid jassigura ukoll li l-ħaddiema jiġu provduti bl-apparat kollu neċessarju għal ħidma tagħhom, kif ukoll WIFI b’xejn li jippermettilhom li jaħdmu mid-dar meta dan ikun meħtieġ.
  • Nipproteġu lill-ommijiet tqal fuq il-post tax-xogħol. Nemendaw il-liġi, (Protection of Maternity (Employment) Regulation (S.L.452.91), sabiex tipprovdi protezzjoni lin-nisa tqal impjegati mill-mument li dawn jinfurmaw lil min iħaddimhom bil-miktub bit-tqala tagħhom, u ma tibqax kontinġenti fuq il-proviżjoni tac-certifikat mediku għalkemm dan xorta irid jingħata lil min iħaddem. Il-protezzjoni tad-diskriminazzjoni m’għandix ma tingħatax għax xi ħadd ma tax ic-certifikat li xi kultant ikun hemm dewmien għal appuntament.

Fl-istess konferenza tal-aħbarijiet il-Kap tal-PN irringrazzja lill-MEP Nazzjonalista David Casa li fuq livell Ewropew u anke fi ħdan il-Partit Nazzjonalista ħadem qatigħ fuq dan is-suġġett.