Il-Federazzjoni Dinjija tat-Taekwondo ħabbret li se tkun qed tirtira il-black belt onorarju li ngħata Vladimir Putin. L-istess Federazzjoni projbixxit ukoll d-daqq ta’ innijiet u bnadar tar-Russja u tal-Belarus f’avvenimenti organizzati minnha.
World Taekwondo kif ukoll il-European Taekwondo Union m’humiex se jkunu qed jirrikonoxxu avvenimenti ta’ dan l-isport li jsiru fiż-żewġ pajjiżi, filwaqt li kkundannaw il-qtil brutali li qed iseħħ fil-gwerra fil-lvant.
Dawn il-miżuri jsegwu dawk li ħadu l-European Judo Union aktar kmieni din il-ġimgħa, fejn neħħew lil Putin minn president onorarju tal-assoċjazzjoni.
//= $special ?>