L-uffiċjali fil-belt Ukrena ta’ Mariupol — viċin il-fruntiera mar-Russja — qalu li hemm possibbiltà kbira li nqatlu ammont kbir ta’ residenti taħt xita ta’ balal sparati mill-qawwiet ta’ Vladimir Putin.
Intant, ir-rapporti qalu li distrett ewlieni ta’ Mariupol, maġenb ta’ xmara, inqered kważi għal kollox. F’dan id-distrett mifhum li qed jgħixu madwar 130,000 resident.
L-awtoritajiet lokali qalu li ma setgħux jgħoddu l-vittmi fl-inħawi iżda jemmnu li mietu l-mijiet tan-nies. Dan meta l-bumbardamenti kontinwi tal-belt mhumiex iħalluhom jiġbru l-katavri mit-toroq.
Aktar rapporti qalu li l-Armata tar-Russja qed ‘tagħmel minn kollox biex teqred lil Mariupol’ — bis-sorsi Ukreni jgħidu li l-qawwiet ta’ Moska fetħu baraxx fuq il-belt bl-artilllerija, ajruplani tal-gwerra u varjetà ta’ rokits. Hu minnu wkoll li hemm ir-riġmenti tas-suldati Russi li qed jippruvaw jiċċirkondaw din il-belt minn kull naħa.
//= $special ?>