Internazzjonali

Il-Gwerra tal-Ukrajna: Ħarbu kważi 900,000 mill-bidu tal-invażjoni

L-Aġenzija tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Refuġjati (UNHCR) qalet li. s’issa, ‘il fuq minn 875,000 Ukreni ħarbu minn pajjiżhom mindu r-Russja bdiet l-invażjoni tal-Ukrajna kważi ġimgħa ilu.

Dan meta l-Polonja rċeviet aktar min-nofs it-total tal-immigranti u fejn qed tidher li biddlet malajr il-politika preċedenti tagħha ‘biex ma tilqax barranin f’artha’.

Il-UNHCR appellat għal kważi $2bn għall-ħidma tas-salvataġġ u fejda waqt din l-emerġenza umana. Intant, hi qed twissi li fil-jiem li jmiss jistgħu jaħarbu ħafna aktar mill-‘erba’ miljuni Ukreni’ skont il-pronostiku oriġinali.