Fis-sigħat li jmiss kapaċi tibda wkoll ‘il-battalja kbira’ għall-kontroll ta’ Kiev, il-kapitali tal-Ukrajna u l-post tar-residenza għall-President Ukren Volodymyr Zelensky. Dan meta l-Kremlin ta’ Moska kompla jibgħat il-gruppi tal-‘assassini speċjalizzati’ – fosthom il-paramilitari merċenarji tal-Grupp Wagner – bl-istruzzjonijiet speċifiċi biex jeliminaw lill-President Ukren.
Il-merċenarji huma qrib ħafna ta’ Putin avolja mgħandhomx affiljazzjoni ‘uffiċjali’ mal-Gvern Russu u fil-passat huma wettqu l-azzjonijiet brutali kontra ċivili fil-Libja u r-Repubblika Afrikana Ċentrali. Intant, u waqt li l-paramilitari infiltraw diġà l-inħawi ta’ Kiev, hemm anki gruppi oħra ta’ assassini Ċeċeni li qed jappoġġjaw lir-Russja f’din il-gwerra u li ngħataw l-ordnijiet biex joqtlu lill-ogħla uffiċjali Ukreni fil-kapitali Ukrena.
Fl-aħħar sigħat, konvoj kbir ta’ tankijiet u vetturi armati Russi waslu eqreb il-kapitali u fejn l-Ukreni kienu qed jikkonsolidaw id-difiżi biex jilqgħu għall-offensiva inevitabbli.
In-Nazzjonijiet Uniti qalet li ‘il fuq minn 800,000 persuna issa ħarbu mill-Ukrajna, bit-tbatija tal-poplu Ukren qed ifakkar lid-dinja fil-kalvarju li għaddew minnu l-pajjiżi okkupati mill-qawwiet Nażisti ta’ Adolf Hitler matul it-Tieni Gwerra Dinjija.
//= $special ?>