Internazzjonali

Il-Gwerra tal-Ukrajna: Ir-Russja trid li Yanukovych jirritorna bħala President Ukren

Ir-Russja trid tiddikjara mill-ġdid lil Viktor Yanukovych bħala President tal-Ukrajna ‘ladarba tieħu l-kontroll ta’ dan il-pajjiż’. L-eks President Yanukovych – ‘pupazz’ tal-President Russu Vladimir Putin — kien tqaċċat wara l-protesti tal-massa mill-Ukreni kontra l-Gvern li hu kien imexxi bejn l- 2013-14

Intant, is-servizzi sigrieti Ukreni qalu li r-Russja ilha tippjana r-ritorn ta’ Yanukovych ‘fost il-pjani ta’ Moska għall-eliminazzjoni tal-President Ukren attwali Volodymyr Zelensky’.

Mifhum li Yanukovych – li kien ħarab lejn ir-Russja fl-2014 – bħalissa jinsab f’Minsk, fil-Belarus, fost rapporti li dan il-pajjiż ‘qed jgħin fl-invażjoni tal-Ukrajna.’ U issa mhux eskluż li r-Russja qed tħejji kampanja bl-iskop li Yanukovych jirritorna ‘malajr’ fl-Ukrajna jew biex hu iwassal messaġġ ‘ewlieni’ lill-poplu Ukren.