Internazzjonali

Il-Gwerra tal-Ukrajna: It-taħditiet għall-paċi jkomplu l-lejla

It-taħditiet għall-paċi bejn id-delegazzjonijiet tar-Russja u l-Ukrajna għandhom ikomplu matul dan il-lejl. Intant, mhemm l-ebda ħjiel dwar il-lokalità għat-taħditiet li qed isegwu l-ewwel fażi tad-djalogu bejn l-avversarji li saret fil-bidu tal-ġimgħa mal-fruntiera tal-Belarus mar-Russja.

Il-kelliem għall-Kremlin, Dmitry Peskov, qal li r-Russja lesta biex tkompli bin-negozjati mingħajr ma tintrabat bil-kundizzjonijiet — u wara li l-ewwel sensiela ta’ taħditiet ma produċiet l-ebda riżultat.

Intant, Vladimir Medinsky, uffiċjal għoli tal-Gvern u qrib ħafna tal-President Vladimir Putin se jmexxi t-taħditiet diplomatiċi għan-nom tar-Russja.

Madankollu, il-kelliema f’Moska huma kważi ċerti li kollox se jibqa’ l-istess fl-Ukrajna, bi ftit li xejn stennija għal bidla ‘fis-sitwazzjoni preżenti’.